opec
Newbie
Registered: Feb 2004
Location:
Posts: 2 |
Niftakar sewwa jien
Siehbi noqqu... donni se naqbad ftit mieghek jien. Ma tantx inhobb nidhol f'polemici... u hawn jidher li hawn ftit mhux hazin... pero, meta rrispondejtni fuq li ghedt jien... ghax mort fil-passat... ghedt li z-zghazagh tall-llum ma jafux x'gara sew u jitkellmu xorta.
Int ghedt li tiftakar ghax ghandek 30. Jien ghandi 37, u niftakar hafna aktar sew, ghaliex jien kont wiehed li gejt imsawwat ghax rawni naqra n-nazzjon... jien allovolja ghandi 5 A levels u 14 il-Ovel xorta ma dhaltx l-Universita (ghax m'ghaddejtx mill-Interview ??? ha ha - farsa)... iggifieri tghidliex li ma niftakarx x'gara u ma garax... ghax waqt li int kellek 10 snien, jien kelli 17.
Mintoff, m'ghandi l-ebda dubju li ghamel it-tajjeb... u min jghid li qatt m'ghamel xejn tajjeb ikun persuna bhalek li jara biss il-kulur tal-partit tieghu u daqshekk. U qed nghid hekk ghaliex int trid tiprova tghid li Eddie m'ghamel xejn tajjeb. Nahseb li ma tafx tkun oggettiv... u kkumentajt fuq li ghedt originarjament int, fuq il-kwistjoni tal-vjolenza, ghaliex jien ghext dak iz-zmien, u mux vera li kien hemm il-vjolenza ghax kien hemm Eddie jinstiga. Il-problema kienet (u hawn kien l-izball ta' Mintoff), li Eddie kien dinamiku u ma riedtx jaccetta l-hmerijiet u ggieled ghad-dritijiet... u xi ministri li ma xtaqux jitilfu l-poter ghax kienu jafu l-maggorazna daret kontrihom, irrikorrew ghall-vjolenza biex jitterrorizzaw lill-poplu.
Vera, Mintoff kien li bidel il-kostituzzjoni ( u nfakkrek li bidilha ftit xhur qabel l-elezzjoni ta' l-1987... u fil fatt ftit wara l-incidetni koroh f'tal-barrani u ta' Raymond Caruana. Pero Mintoff kellu glieda kbira mall-kumplament ta' shabu biex jaghmel dan il-pass. Jien nemmen li kieku Mintoff bidel din il-ligi ftit wara r-rizultat tal-1981, ma kien isir xejn. Il-labour kien jaghmel il-hames snin, u l-poplu kien ikun jaf x'ser jigri fl-elezzjoni li jmiss. Pero kien hemm nies li habbew il-poter u harbtu lill-istess MLP. U Mintoff seta' mar kontrihom.
Kull kap ta' partit jaghmel it-tajjeb, ghaliex jien verament nemmen li kull kap ikun jixraq lill-partitarji tieghu. U ghalkemm jien ghandi principji li jxaqqilbu hafna lejn il-partit nazzjonalista (prezentament), qatt ma nghid li kull ma jaghmel il-PN huwa tajjeb, jew li kull m'ghamel l-MLP huwa hazin. U lanqas ma nasal biex nghid li ma nivvota qatt lil Labour. Ghax jekk il-Leader il-gdid tal-PN jibda jbiddel il-principji tieghu, u jinbidel fil-futur il-leader tal-MLP u jbiddel il-principji tal-MLP, allura ma nsib l-ebda diffikulta li jien inbiddel il-partit.
Pero, siehbi noqqu, li tghid li Eddie kien instigatur tal-Vjolenza, jiddispjacini nghidlek li ma tafx il-fatti kif graw, imma qed tkun biss biased bill-fanaticismu miskin li ahna l-Maltin (sfortunatament) ahna mgharqin fih.
Kemm nixtieq li ghad jasal zmien li tigi elezzjoni u jkun hemm ftit nies li jimpurthom min jitla jew le, ghax it-tnejn ikunu tajbin. Sfortunatament bhalissa aktar inhoss li jkolli mmur nivvota biex nghazel l-ahjar fost zewg partiti hziena.
Ghaliex qed nghid hekk... ghax nemmen li l-PN ma kellux challenge b'sahhita bizzejjed f'dawn l-ahhar 10 snien, u ghalhekk qed ibaghti... ilu wisq fil-gvern u m'hemmx ideat daqshekk godda... imma min-naha l-ohra l-alternattiva laburista mhiex genwina u hi bla sahha. Allura spiccajna b'zewg partiti skaduti.
Nerga' nghid, il-leaders ikunu tajbin u dinamici... pero meta l-kumplament ikun marid... ma tantx tista' tara frott.
Nispera li ma wegajt lil hadd b'dak li ktibt ghax mhiex l-intenzzjoni tieghi. U nispera u nawgura ukoll, li min isir Kap gdid tal-PN, idur dawra sew madwar il-partit u jibda jnaddaf l-ghanqbut, u jaghti demm u hajja gdid lill-istruttura kollha, ghax ma nahsibx li partit ghandu jistenna partit iehor biex jinbidel.. imma partit ghandu jinduna wahdu bid-difetti l-gahndu u jahdem biex jirranghom.
Report this post to a moderator | IP: Logged
|